Ġew onorati l-aqwa plejers tal-Assoċjazzjoni Basketball tal-istaġun 2021/2022. Il-preżentazzjoni lir-rebbieħa saret waqt ċerimonja fil-Padiljun tal-Basketball Ta’ Qali.
Fost il-lista jispikkaw Alec Felice Pace (Starlites) u Josephine Diaby Grima (Luxol) li rebħu l-unur ta’ plejers tas-sena tal-Basketball tal-Kampjonati prinċipali għall-istaġun 2021/2022.
It-trofej lir-rebbieħa ġew ippreżentati mill-president tal-Assoċjazzjoni Maltija Basketball Paul Sultana flimkien maċ-Chief Officer tal-Bank of Valletta Ray Debattista.
L-unur tal-BOV Plejer tas-Sena huwa l-ogħla unur li plejer tal-Basketball jista’ jingħata. Il-plejers rebbieħa kollha wrew livell ta’ Basketball mill-aqwa u huma ta’ pedina importanti għal din il-logħba f’pajjiżna.
Ir-rebbieħa tad-diviżjonijiet kollha huma:
BOV 1 Diviżjoni Irġiel – Alec Felice Pace (Starlites)
BOV Amateur League Irġiel – Victor Capkanovski (Fusion)
Kampjonat tan-Nisa – Josephine Diaby Grima (Luxol)
Under 23 Irġiel – Matthew Scerri (Starlites)
Under 23 Nisa – Mikela Riolo (Starlites)
Under 19 Irġiel – Matthew Attard (Hibsernians)
Under 19 Nisa – Ylenia Bonett (Hibernians)
Under 16 Subien – Sebastian Pace (Starlites)
Under 16 Tfajliet – Anna Fenech Pace (Luxol)
Under 14 Subien – Lav Colic (Eurobasket)
Under 14 Tfajliet – Shanise Farrugia (Luxol)