Mużika, sports, informazzjoni u aħbarijiet. Dawn huma uħud mill-ingredjenti prinċipali li jżewġu lis-semmiegħa ta’ One Radio ma’ dan l-istazzjon tant popolari tar-radju fuq 92.7FM.
Ixandar 24 siegħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd bi programmi varjati u diretti saħansitra li jżommu kumpanija lil ħafna matul il-lejl. Għadd ta’ skedi divertenti, informattivi u edukattivi, fl-istess ħin, li paxxew tant u tant semmiegħa matul dawn l-aħħar 34 sena ta’ xandir.
Meta ninsabu fuq l-għatba ta’ sena ġdida, ONE Radio 92.7 jwiegħed li matul is-sena 2024 se jkompli jżomm kumpanija lis-semmiegħa bi programmi ta’ kwalita.
Tkellimna ma’ wħud mill-preżentaturi ta’ dan l-istazzjon hekk irrimarkaw dak li qed jistennew mis-sena l-ġdida.
One Radio jwiegħed li jibqa qrib tas-semmiegħa bi programmi ta’ kwalita’. One Radio miegħek u mal-familja tiegħek, anki fis-sena l-ġdida.