Għal darb’oħra, ONE Radio baqa’ b’mod konsistenti l-aktar stazzjon tar-radju segwit u l-aktar wieħed popolari fil-gżejjer Maltin.
Dan joħroġ mill-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, li ġie ppubblikat illum, wara intervisti li saru f’Lulju li għadda matul l-iskeda tas-sajf, fejn l-istazzjonijiet televiżivi lokali wkoll irreġistraw tnaqqis fl-udjenzi.
F’dan ir-rigward, l-istazzjon ONE kklassifika fit-tielet post.
Dan l-istħarriġ kien it-tielet wieħed ippubblikat mill-bidu tal-iskeda ta’ Ottubru tas-sena l-oħra u sar minn M. Fsadni & Associates, li ġew ikkummissjonati mill-Awtorità tax-Xandir.

