Il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija kiseb udjenza ta’ 360,406 matul il-ġimgħa kollha.
Dan huwa mija u għaxart elef iżjed mill-udjenza miksuba fil-bulletin tal-aħbarijiet prinċipali tan-NET, li jixxandar fl-istess ħin.
Skont stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li sar f’Mejju, ONE News jikseb l-akbar udjenza fil-jum tal-Erbgħa filwaqt li f’jumejn minnhom, l-udjenza għall-aħbarijiet ta’ ONE taqbeż dik tan-NET b’aktar mid-doppju.
L-aħbarijiet ta’ ONE fuq ir-radju wkoll huma ferm segwiti u huma t-tielet l-aktar popolari fost il-programmi kollha fuq l-istazzjonijiet kollha fuq ir-radju.
ONE Radio kiseb l-aktar udjenzi fuq ir-radju, aktar minn kull stazzjon ieħor.
Fil-fatt huwa kiseb l-akbar udjenzi għal tul ta’ ħin f’erbat ijiem minn sebgħa.
It-televiżjoni baqa’ l-aktar sors minn fejn in-nies isiru jafu bl-aħbarijiet lokali, id-doppju tas-siti online.
ONE huwa t-tieni l-aktar stazzjon televiżiv favorit wara l-istazzjon nazzjonali.
L-udjenzi ta’ ONE kienu t’aktar minn 7% minn dawk tan-NET.
Intant dawk li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ kellhom l-opportunità li jwieġbu liema huwa dak l-aktar programm li jfittxu fuq is-sistema ‘on demand’.
L-aktar programm favorit hawnhekk kien Liquorish imxandar fuq ONE.