Il-bulettin prinċipali tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija fuq ONE hu l-aktar bullettin ippreferut minn fuq kull stazzjon privat ieħor. Dan joħroġ minn stħarriġ perjodiku tal-Awtorità tax-Xandir, li ġie ppubblikat il-Ġimgħa u hu bbażat fuq ġimgħa bejn l-aħħar ta’ Frar u l-bidu ta’ Marzu li għadda.
Il-bulettin ta’ ONE News jissemma wara l-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali u ferm aktar ippreferut mill-aħbarijiet fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, in-NET.
Kważi 22% jippreferu l-bulettin ta’ ONE News, waqt li l-aħbarijiet tal-istazzjon Nazzjonalista jsegwi b’21%.
“21.8% prefer ONE and 21% prefer NET TV for watching local news.”
Rapport tal-Awtorità tax-Xandir
Minn dan l-istħarriġ ħareġ ukoll li l-aħbarijiet għadhom imfittxijin sew fuq it-televiżjoni, waqt li bħal dejjem kif inhu mistenni, hemm faxxa sew tal-popolazzjoni li ssegwi l-aħbarijiet biss minn fuq il-midja soċjali.
L-istazzjon ONE kellu l-akbar firxa wiesgħa ta’ udjenzi fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt.
Fuq ONE Radio, l-aktar ħinijiet segwiti kienu wkoll l-aħbarijiet u waqt il-programmi ‘ONE Breakfast’ ippreżentat minn Noel Camilleri, ‘Sibt il-Punt’ ta’ Manuel Micallef u ‘Drive Time’, li jalterna bejn il-preżentaturi Dorian Cassar u John Bundy.