Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ ONE, issellem il-memorja ta’ Kevin Abela, fotografu uffiċjali tal-Gvern ta’ Malta, li ħalla din id-dinja lbieraħ.
Ta’ kuljum, il-ġurnalisti ta’ din il-kamra tal-aħbarijiet iżda wkoll ta’ kmamar tal-aħbarijiet kollha f’Malta, kienu jiltaqgħu u jaħdmu spalla ma’ spalla ma’ Kevin waqt l-impenji li jġibu miegħu x-xogħol fid-dinja tal-midja.
Kulħadd jiftakru bħala bniedem ġentili u ċajtier filwaqt li kien jieħu xogħlu b’serjetà kbira. Fil-fatt, fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Kevin, kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela hekk kif aċċenna għad-dedikazzjoni li dejjem wera Kevin fuq xogħlu.
F’isem l-istazzjon ONE, mill-ġdid insellmu l-memorja ta’ Kevin u nwasslu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lil dawk kollha qrib tiegħu speċjalment lil familtu.