L-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir wera li l-aħbarijiet ta’ ONE NEWS laħqu udjenza massima ta’ aktar minn 78,000 telespettatur.
L-istħarriġ wera wkoll li l-istazzjonijiet ONE żammew posthom fost l-iktar segwiti b’udjenzi b’saħħithom li jlaħħqu l-eluf u jaqbżu bil-kbir dawk ta’ NET NEWS tant li fi ġranet minnhom l-udjenzi huma ferm aktar mid-doppju.
L-udjenza massima għal ONE NEWS tlaħħaq is-sebgħa u tmenin elf persuna, dik ta’ NET kienet ta’ ftit aktar minn sebgħa u tletin elf.
Meta wieħed iqabbel l-udjenzi medji tat-televiżjoni jsib li ONE jħabbatha mal-istazzjon nazzjonali u l-udjenzi huma tliet darbiet aktar minn NET.
Filwaqt li TVM għandu udjenza medja ta’ ftit aktar minn ħamsa u tletin fil-mija (35.63%), ONE għandu udjenza medja ta’ sbatax fil-mija (17.18%) u NET disgħa punt disgħa fil-mija (9.9%).