“ONE Telivision għadu kif beda xandira storika bħala l-ewwel stazzjon Malti li beda jxandar bit-teknoloġija ultra moderna 4K. F’isem il-Partit Laburista nirringrazzjaw lill-impjegati kollha ta’ ONE Group li ħadmu biex din il-ħolma saret realtà minkejja l-kompetizzjoni u l-isfidi ma jaqtgħu xejn. Grazzi mill-qalb.”
Kien b’dan il-messaġġ fil-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista li l-istazzjon ONE beda jxandar bit-teknoloġija 4K.
Wara diversi preparamenti u ħidma sfieqa mit-tekniċi tal-istazzjon, ONE beda tassew ixandar il-futur.
“Dan huwa l-futur, futur tal-istazzjon, futur li huwa bbażat fuq teknoloġija ġdida u kuntenti ħafna illi din it-tekonoloġija se sservi biex il-Partit Laburista jwassal kemm jista’ jkun b’mod b’saħħtu u qawwi u bl-aqwa stampa possibli l-kampanja elettorali li telqet illum.”
Din it-teknoloġija 4K taf il-bidu tagħha fl-istazzjon ONE wara li nxtara l-vann, grazzi għad-donazzjonijiet tat-telespettaturi ta’ dna l-istazzjon.
Minn hemm kienet bdiet ħidma biex l-istazzjon jinvesti f’apparat ġdid li jikkumplimenta mal-OB Unit li nġab minn barra biex imbagħad wasalna għal dan il-jum meqjus storiku fl-istorja tax-xandir f’pajjiżna.
“Illum qegħdin inxandru l-aqwa stampa. Erba’ darbiet isbaħ mill-istampa HD, jiġifieri għalhekk 4K u dan huwa jum storiku għall-istazzjon ONE għaliex huwa l-ewwel stazzjon Malti illi qiegħed ixandar b’din it-teknoloġija ġdida.”