Kien propju bħal-lum sentejn meta beda jopera sit biex iwassal l-aħbar mal-ewwel lilkom il-qarrejja. Dan sar b’ħidma kollettiva u s-sit http://www.one.com.mt ħa l-ħajja.
L-ewwel editriċi ta’ dan is-sit kienet Janice Bartolo li magħha ħadmet ukoll il-ġurnalista Claire Azzopardi b’ħidma kontinwa ma’ Aleander Balzan.
Dan is-sit kien intenzjonat li jwassal l-aħbar mal-ewwel dwar dak kollu li jkun qed jiġri fil-gżejjer tagħna u anke lil hinn; mhux biss dwar politika imma wkoll ġrajjiet kurrenti, storja, informazzjoni utli u stejjer diversi.
F’kumment li tat Janice Bartolo saħqet li tinsab kburija b’dan il-proġett li nbeda sentejn ilu fejn għall-bidu kienet ftit beżgħana imma kellha viżjoni ambizzjuża. Din irnexxiet b’ħafna sagrifiċċju fejn l-aħbar kienet prijorità kuljum; sew jekk festa jew billejl. Bartolo temmet billi wriet apprezzament li ONE għaraf li l-futur jinsab online.
Illum is-sit jitmexxa minn Kimberly Portelli u Clifford Galea taħt id-direzzjoni ta’ Owen Galea. Il-ġurnalisti kollha jagħtu wkoll il-kontribut siewi tagħhom ta’ kuljum b’mod konsistenti.