Illum hija l-aħħar ġurnata fejn fix-xena tal-futbol internazzjonali plejers jistgħu jbiddlu l-clubs tagħhom qabel jasal Jannar li ġej. Huwa għalhekk li one.com.mt se jkun qiegħed jaġġorna bl-aħħar spekulazzjonijiet u wkoll aħbarijiet uffiċjali ta’ trasferimenti. Jidher biċ-ċert li ser tkun ġurnata twila għal numru ta’ clubs. Rapportaġġ ta’ Rodrick Zerafa u Abraham Abela.
00:00 –
23.45 –
📑 | We are delighted to have completed the loan signing of Dieumerci Mbokani from Dynamo Kiev 🐯#WelcomeDieumerci pic.twitter.com/zCHfglS2Hl
— Hull City (@HullCity) August 31, 2016
23:37 –
#EFC sign Enner Valencia on season-long loan from West Ham United with view to permanent move https://t.co/8hAgyzvANY
— Everton FC News (@LivEchoEFC) August 31, 2016
23:33 – Il-plejer ta’ Liverpool Markovic jidher li ssieħeb lil Sporting fuq self sal-aħħar tal-staġun.
Lazar Markovic has joined @sporting_cp on a season-long loan deal: https://t.co/HjkdXuSW2v pic.twitter.com/CVDdwuUHvM
— Liverpool FC (@LFC) August 31, 2016
23:27 – Everton jneħħu kull interess sabiex jieħdu lil Sissoko. Huwa mifhum li f’ Liverpool kien hemm kollox lest saħansitra l-kuntratt u l-kamra fejn kien ħa jagħmel it-test mediku.
23:22 – Jidher li Sissoko ma’ qabilx it-termini personali tiegħu ma’ Everton u għalhekk jinsab fi triqtu lejn Londra.
23:17 – Crystal Palace jikkonfermaw li mhux ser jagħmlu aktar trasferimenti.
23:07 – Jidher li waqt li Sissoko kien fi triqtu sabiex jiffirma ma’ Everton, it-tim ta’ Tottenham li ilu msemmi li jista’ jkun favorit biex jakkwista lill-plejer minn dalgħodu qabbel l-istess offerta ta’ Everton, iġifieri dik ta’ 30 miljun sterlina. Sissoko jista’ jkun li jagħżel lit-tim ta’ Londra, Tottenham, għax jixtieq li jilgħab logħob taċ-Champions League.
23:03 – Jason Denayor iffirma għal self ta’ sena waħda mat-tim ta’ Sunderland.
23:00 – Fadal biss siegħa!
22:49 – Jidher li hemm xi ostakli fin-negozjati bejn Juventus u Zenit għal Axel Witsel. Dan hekk kif il-klabb Russu jidher li ma jridx iċedi lill-plejer Belġjan minkejja li akkwistaw lil Igor Novotselvev mingħand Rostov, li huwa difensur u jista jilgħab bħala midfielder. Mircea Lucescu, il-kowċ ta’ Zenit irid iżomm lil Witsel. Ried lil Cesc Fabregas iżda t-trasferiment ma seħħx. Fadal ftit minuti minuti biex Juventus jikkonvinċu lil Zenit.
22:33 – Jidher li t-trasferiment ta’ Jack Wilshere ma’ Bournemouth huwa komplut.
BREAKING: #afcb complete loan signing of @JackWilshere from @Arsenal. Full info: https://t.co/xTW69RueCl pic.twitter.com/gZ9usCevme
— AFC Bournemouth (@afcbournemouth) August 31, 2016
22:26 –
#DiegoLopez on loan to @RCDEspanyol https://t.co/8Qcp9YsjPo Ufficiale D.Lopez all’Espanyol https://t.co/XWhXRhUJSi pic.twitter.com/g5QcRRXur0 — AC Milan (@acmilan) August 31, 2016
22:23 –
BREAKING: @HullCity sign James Weir from @ManUtd. More here: https://t.co/qbefjHOocT #DeadlineDay #SSNHQ — Sky Sports News HQ (@SkySportsNewsHQ) August 31, 2016
22:17 – Il-gowler Taljan Salvatore Sirigu kien preżentat uffiċjalment ma’ Sevilla. Fl-ewwel diskors tiegħu, huwa qal li għażel lill-klabb Spanjol għax il-kowċ kellu kliem mill-isbaħ fuq Sevilla. 22:16 –
22:09 – Roberto Martinez, kummisarju tekniku tal-Belġju, ikkonferma li Axel Witsel jinsab fl-Italja biex jikkonkludi ma’ Juventus. Huwa qal li Witsel huwa matur, għandu l-permess ikun l-Italja u qed jinnegozja t-trasferiment tiegħu. 21:57 – It-trasferiment ta’ Alvaro Arbeloa ma’ West Ham huwa lest. 21:51 –
#BenvenutoMario pic.twitter.com/gxwatH7xDm — OGC Nice (@ogcnice) August 31, 2016
21.33 – Jidher li fl-aħħar Mario Balotelli ffirma mat-tim ta’ Nizza u ser iħalli lill-Liverpool. 21.00 – Il-plejer ta’ Newcastle Sissoko jinsab fi triqtu lejn Liverpool sabiex jagħmel test mediku. Dan ifisser li Everton ser jista’ jkun li jiffirmaw dan il-pljer f’ inqas minn tliet siegħat oħra. Apparti minn hekk Everton jinsabu viċin sabiex iġibu wkoll lill- Valencia b’self ta’ sena. 20:37 –
We are delighted to announce the signing of goalkeeper Pau Lopez on a season-long loan from Espanyol. #WelcomeLopez pic.twitter.com/xtZLZLbsCD — Tottenham Hotspur (@SpursOfficial) August 31, 2016
20:35 – Jidher li Arbeloa wasal f’Londra, eżattament fil-ground ta’ West Ham United, sabiex jiffinalizza t-trasferiment tiegħu.
20:15 – Problemi għal Juventus dwar Axel Witsel. Zenit iridu iktar flus u ma tawx il-permess biex isiru t-testijiet mediċi.
20:10 – Alessio Cerci mhux se jissieħeb ma’ Bologna. Dan wara li l-plejer, li weġġa l-irkoppa f’Mejju li għadda, se jkun irkupra f’Novembru u jerġa jibda t-taħriġ f’Diċembru. Għal Bologna, dan huwa tard wisq, u allura se jerġaw jippruvaw f’Jannar li ġej.
19.40 – Jidher li Everton daħlu wkoll fit-tiġrija sabiex jakkwistaw lil Valencia minn għandu West Ham.
19.27 – Jidher li Chelsea ser iħabbru akwist fil-ħin li ġej.
More news to come… #DeadlineDay
— Chelsea FC (@ChelseaFC) August 31, 2016
19.00 – Huwa uffiċjali li Juan Cuadrado rritorna mat-tim ta’ Juventus. 18.40 – L-ewwel ritratt ta’ Alonso mat-tim ta’ Chelsea. 18.17 – Jidher li t-trasferiment ta’ Cuadrado għal ma’ Juventus huwa lest. Juventus qablu li jħallsu 5 miljun Euro għal self u jista’ jkun jiċaqlaq b’mod permanenti sena oħra gas-somma ta’ 20 miljun Euro.
18.10 – Jidher li David Luiz jinsab fi triqtu b’ helikopter biex jagħmel test mediku sabiex ikun jista’ jiffinalizza it-trasferiment tiegħu ma’ Chelsea.
18.05p.m – Id-difensur ta’ Manchester City Mangala iffirma mat-tim Spanjol ta’ Valencia b’self sal-aħħar tal-staġun.
18.02p.m – L-eks plejer ta’ Fulham Philipe Senderos iffirma mat-tim Skoċċiż ta’ Rangers.
18.00p.m – Jidher li Wilshere iddeċida. Huwa ma aċċettax l-offerti ta’ AC Milan, Crystal Palace u Roma sabiex jingħaqd għal self ta’ sena ma’ Bournemouth. Jidher li bħalissa qiegħed fi triqtu u mistenni li jasal daqs siegħa u nofs oħra.
17.50p.m – Jidher li l-midfielder eks-Milan Nigel De Jong iffirma ma’ Galatasaray għal sentejn wara li matul sena li għaddiet kien ma’ LA Galaxy. Chelsea li jidhru qegħdin viċin li jiffirmaw lil David Luiz għat-tieni darba għadhom kemm iffirmaw difensur ieħor, Marcos Alonso minn ma’ Fiorentina.
17.45p.m –
David Luiz to have @ChelseaFC medical in London at 6pm #DeadlineDay — Jim White (@JimWhite) August 31, 2016
17.00 – Iktar żviluppi fil-kamp Juventin. Dan hekk kif il-klabb Taljan iffinalizza r-ritorn ta’ Juan Cuadrado mingħand Chelsea. Huwa ffirma kuntratt ġdid mal-bianconeri. Il-ftehim huwa ta’ self b’obbligazzjoni ta’ xiri jekk jagħmel numru t’ apparenzi. Intant, għadhom għaddejjin in-negozjati dwar Axel Witsel bejn Juventus u Zenit. Jidher li dawn waslu fl-aħħar dettalji. Iżda qabel ma’ Witsel jitlaq mir-Russja, jeħtieġ li jintleħaq ftehim aħħari.\
16.58 – Il-gowler Spanjol Diego Lopez mistenni jkompli l-karriera tiegħu f’pajjiżu. Wara żewġ staġuni fl-Italja ma’ Milan, jinsab viċin li jingħaqad ma’ Espanyol. F’Milanello, huwa sellem lill-plejers ta’ Milan u l-kowċ Vincenzo Montella, u issa jinsab f’Casa Milan biex ikunu ffinalizati l-aħħar dettalji.
16.47 – “Jovetic kien, għadu u se jibqa plejer tal-Inter.” Kliem id-direttur sportiv ta’ Inter Piero Ausilio wara li ntemmet laqgħa oħra dwar il-bejgħ tal-attakkant Montenegrin. Hekk kif ninsabu ftit sigħat ‘il bogħod mit-tmiem tas-suq tat-trasferimenti, Stevan Jovetic mistenni jibqa għad-dispożizzjoni ta’ Frank de Boer sa Jannar żgur. L-istess jista jingħad għal Marcelo Brozovic. Dan wara li l-aġent tiegħu Miroslav Bicanic ikkonferma li l-Kroat se jibqa ma’ Inter. Iktar minn hekk, se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid u aħjar li se jorbot lil Brozovic ma’ Inter għal iktar snin.
15.53p.m –
Roma have agreed terms with Jack Wilshere’s camp on a loan move. It’s down to Arsenal now. (Source: @bbcsport_david) #DeadlineDay — Transfer News Live (@DeadlineDayLive) August 31, 2016
15.48 – Jack Wilshere aċċetta li jkun trasferiet lejn Roma, wara telefonata ma’ Franco Baldini, li huw al-intermedjarju li qed jaħdem fuq il-ftehim. Il-midfieldes t’ Arsenal xorta għadu mfittex minn Milan, iżda Roma jinsabu f’diskussjonijiet iktar avvanzati. Arsenal u Roma għadhom qed ifittxu ftehim għat-trasferiment.
15.42 – Matul il-lejl li għadda, Bologna bdew negozjati biex jakkwistaw lil Alessio Cerci. Jidher li l-plejer mistenni jasal fil-belt biex jagħmel it-testijiet mediċi. Il-ftehim ta’ self jinsab fi stadju avvanzat, iżda qabel ikun iffirmat il-ftehim, Bolgna jridu jkunu ċerti mill-kundizzjoni ta’ Cerci, hekk kif fil-passat sofra injury. Cerci huwa plejer t’ Atletico Madrid iżda ftit li xejn impressjona fi Spanja, tant li huwa kienu misluf lil Milan u Genoa.
15.28 – Wara 20 minuta li l-attakkant Wilfred Bony iffirma ma’ Stoke City huwa kien diġa qiegħed jilgħab. 15.20 –
BREAKING: @SamNasri19 joins @SevillaFC on a season-long loan. https://t.co/qbefjHOocT #DeadlineDay #SSNHQ pic.twitter.com/NWKNUMtClP — Sky Sports News HQ (@SkySportsNewsHQ) August 31, 2016
15.15 – Jidher li l-interess f’ Sissoko qed ikompli jikber. West Brom offrew 20 miljun sterlina u l-plejer Callum McManaman sabiex jakkwistaw lill-Franċiż wara l-interess ta’ Tottenham dalgħodu.
15.12 – Milan qed isegwu mill-qrib lil Inter. Dan hekk kif wara li saqsew lil Chelsea dwar Cesc Fabregas, jidher li issa tkellmu mal-aġent ta’ Stevan Jovetic, li min-naħa tiegħu informa lid-direttur sportiv ta’ Inter Piero Ausilio. Jidher li Milan qed jagħmlu minn kollox biex ikomplu jsaħħu l-iskwadra fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti.
15.05 – Tidher kważi ċerta li Mario Balotelli se jkun qed jilgħab fil-kampjonat Franċiż. L-attakkant diġa għamel it-testijiet mediċi filwaqt li Liverpool u Nice qed jiffinalizzaw il-ftehim. Il-klabb Franċiż offra erba miljun u ħames mitt elf ewro għal plejer Taljan. Wieħed mill-aħħar dettalji li jrid ikun ikkonfermat huwa l-presentaġġ ta’ kemm jieħdu Liverpool jekk Nice ibiegħu lil Balotelli fil-futur.
14.52 – Jidher lit-tifel tac-Chairman ta’ West Ham, Jack Sullivan, huwa infurmat li West Ham ser ikunu qed jiffirmaw plejer ieħor wara l-akkwist ta’ Zaza minn Juventus.
14.51
Maybe one player coming in today!!! — Jack Sullivan (@jsullivanwhu) August 31, 2016
14.36 – Id-direttur sportiv ta’ Inter Piero Ausilio qal li s-suq ta’ Inter huwa magħluq. Mistoqsi mill-ġurnalisti ta’ Premium Sport, huwa wieġeb li jkunu jafu b’affarijiet ġodda llejla, iżda s-suq tat-trasferiment ta’ Inter huwa magħluq. Stephan Lichtsteiner jibqa l-iktar imsemmi mal-klabb Taljan. Irrifjuta saħansitra lil Borussia Dortmund, li offrew tmien miljun ewro għas-servizzi tiegħu, hekk kif hu jrid lil Inter biss.
14.11
BREAKING: #SCFC sign Wilfried Bony on season-long loan from #MCFC #DeadlineDay #SSNHQ https://t.co/qbefjHOocT pic.twitter.com/DL7T64AkFK — Sky Sports News HQ (@SkySportsNewsHQ) August 31, 2016
14.05 –
BREAKING: Sky Sources: Fulham in discussions over signing free agent Emmanuel Adebayor #DeadlineDay #SSNHQ pic.twitter.com/LHRdsz56Gw — Sky Sports News HQ (@SkySportsNewsHQ) August 31, 2016
14.00 – Il-klabb Taljan Milan staqsew dwar Cesc Fabregas ta’ Chelsea. Dan wara li kien hemm ix-xniegħat li seta jkun hemm skambju bejn Fabregas u Marcelo Brozovic ta’ Inter. Sorsi ta’ Sky Sports qalu li huwa se jibqa Stamford Bridge.
13.54 – Jidher li Stoke mistennija jħabbru l-plejer li ser jingħaqad magħhom. Skont l-aħħar rapporti u d-dell li hemm fuq dan ir-ritratt, il-plejer m’huwa ħadd ħlief l-attakant ta’ Manchester City, Bony.
13.53
Be prepared, we have an announcement #SCFC pic.twitter.com/9Mn1O2CLnX — Stoke City FC (@stokecity) August 31, 2016
13.45 – Jidher li l-midfielder ta’ Manchester City Samir Nasri jinsab viċin li jingħaqad ma’ Sevilla fi Spanja. Skont id-direttur tal-futbol Monchi jidher li fadal biss l-aħħar irqaqat.
13.31 – Jidher li l-Alġerin Islam Silmani jinsab fi triqtu lejn Bologna fl-Italja sabiex jagħmel it-test mediku tiegħu biex jingħaqad ma Leicester City għas-somma ta’ 27 miljun sterlina.
13.30 – Il-goalkeeper ta’ Derby Lee Grant ingħaqad ma’ Stoke b’self sa’ Jannar.
13.21
It’s official. Joe Hart is a Torino player for the rest of the season #DeadlineDay https://t.co/PcVypXjLkQ pic.twitter.com/TOpqXkujIT — BBC Sport (@BBCSport) August 31, 2016
12.45 – Dwar it-trasferiment tal-Brażiljan David Luiz, it-tim Franċiż ta’ Paris St. Germain jidhru li ma jridux li jitilfu 20 miljun sterlina minn dan l-istess trasferiment. Dan għaliex Chelsea jixtiequ jixtruh lura għal 30 miljun.
12.36 – Jidher li se tkun diffiċli biex Stevan Jovetic jerġa jilbes il-flokk ta’ Fiorentina. Dan minħabba l-paga tal-Montenegrin, li hija seba miljun ewro kull staġun. Din hija somma kbira għall-Viola, u mingħajr xi forma t’ għajnuna mingħand Inter, mhux se jkun possibbli li Jo-Jo jerġa jingħaqad magħhom. Iż-żewġ klabbs se jerġgħu jiltaqgħu fis-sigħat li ġejjin, iżda jidher li l-affari mhux se tirnexxi.
12.30 – Id-difensur ta’ Manchester City Eliaquim Mangala qed jagħmel il-viżti mediċi f’Valencia. Sentejn ilu, City kienu xtrawh għas-somma ta’ iktar minn sebgħa u tletin miljun ewro mingħand Porto.
12.29 – Wara l-wasla ta’ Alex Witsel, Juventus qed jistennew l-iva mingħand il-kowċ ta’ Chelsea Antonio Conte għal Cuadrado. Intant, jidher li Stephan Lichsteiner irid li jingħad ma’ Inter, iżda l-bianconeri ma jridux isaħħu klabb li huwa avversarju dirett tagħhom fis-Serie A. Interessati f’Lichsteiner hemm ukoll il-klabb Franċiż Monaco.
12.18 – Fuq Twitter, il-klabb Tork Besiktas jikkonfermaw lil Gokhan Inler mingħand Lesicester City, Caner Erkin mingħand Inter u Atin Nukan minn Lipsia.
.@ACIBADEMSPORTS Sağlık kontrollerinde desteğini esirgemeyen Acıbadem Sports’a teşekkür ederiz. #Beşiktaş pic.twitter.com/a1k3jmGN7M — Beşiktaş JK (@Besiktas) August 31, 2016
12.13 – Tkompli tiżviluppa l-istorja ta’ Jack Wilshere. Jidher li issa daħlu wkoll it-tim Taljan ta’ Roma sabiex jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Ingliż b’self.
11.45 – Iċ-Champions tal-Ingilterra jidhru ukoll li ser ikunu impenjati fl-aħħar ġurnata tat-transfer window. Jidher li l-attakant Alġeriż Islam Slimani ta’ Sporting Lisbon mistenni jingħaqad mat-tim fil-ħin li ġej għas-somma ta’ 30 miljun ewro.
11.40 – Id-difensur ta’ Leicester City Gokan Inler ingħaqad mat-tim Tork ta’ Besiktas għal tliet snin.
11.30 – Jidher li ser tkun ġurnata kwieta għat-tim ta’ Arsenal, dan għaliex mhux mistennija li jixtru aktar plejers. L-aħħar plejer li wasal fl-Emirates Stadium kien Mustafi minn Valencia. Biss, huwa mistenni li Wilshere jitlaq minn mal-club u wkoll bħalissa għaddejin negozjati għall-plejer Serge Gnabry.
11.15 – Jidher li wara li spiċċa l-esperjenza tiegħu minn ma’ Crystal Palace s-sena l-oħra l-eks attakant ta’ Tottenham Emmanuel Adebayor ser imur fic-Championship biex jilgħab mat-tim ta’ Fulham.
11.00
Chelsea-bound Marcos Alonso having medical right now in Surrey. — Jim White (@JimWhite) August 31, 2016
10.57 – Wara l-aġġornament ta’ ftit minuti ilu jidher li Newcastle ser ikunu qed ibiegħu lil Sissoko. Sissoko ser ikun qed jinbiegħ għas-somma ta’ 30 miljun Euro. Għalhekk il-plejer ser ikun qed jinxtara fuq ħames pagamenti ta’ 6 miljun ewro kull wieħed. Aktar dettalji mistennija fil-ħin li ġej.
10.50 – Jidher li l-attakant ta’ West Ham, Enner Valencia, jista’ jingħaqad ma’ Swansea. Dan wara li dawn tal-aħħar huma mħajjra li jieħdu l-attakant b’self. Dan is-slef jidher aktar reali wara li matul din il-ġimgħa ssieħeb ma’ West Ham l-attakant ta’ Juventus, Zaza.
10.45 – Dwar l-għajdut li kien hemm fuq il-Pollakk Robert Lewandowski u l-klabb Spanjol Real Madrid, ikkumenta l-plejer innifsu. Filwaqt li rringrazzja lill-klabb Ġermaniż Bayern Munich tal-fiduċja li għandu fih, tenna dak li kien intqal mill-istess klabb, iġifieri li hu mhux għal bejgħ. Huwa qal li l-fatt li l-klabb ma jridx ibiegħu jagħmlu kburi, u għalhekk ma jħoss l-ebda pressjoni fuqu hekk kif fadallu tlett snin fil-kuntratt tiegħu maċ-champions Ġermaniżi.
10.30
BREAKING: Mario Balotelli to sign for French side Nice on a season long loan deal from Liverpool. [Sky Sports] — Transfer Related (@TransferRelated) August 30, 2016
10.17 – Bla dubju li waħda mill-ikbar sorpriżi f’dan is-suq tat-trasferimenti kien il-gowler nazzjonali Ingliż Joe Hart. Wara li taħt Pep Guardiola ma baqax il-gowler numru wieħed ta’ Manchester City, Hart kellu l-għażla bejn Torino u Sunderland. Fil-fatt, huwa għażel lill-klabb Taljan, u tħalla jitlaq mill-kamp ta’ taħriġ tal-Ingilterra biex jagħmel il-viżti mediċi. F’Turin, huwa xiref f’gallarija bil-flokk ta’ Torino b’kunjomu fuqu. Il-konferma ta’ self mingħand Manchester City mistennija tasal illum.

British goalkeeper Joe Hart poses upon his arrival for a medical check before joining the Torino football club from former club Manchester City on August 30, 2016 in Turin. England goalkeeper Joe Hart arrived in Turin on Agust 30 ahead of undergoing a medical that should see him sign a season-long loan deal with the unfashionable Serie A club. Hart, 29, has fallen out of favour with Pep Guardiola at Manchester City following the signing of Claudio Bravo from Barcelona and is set to join Torino in a bid to preserve his club future and international career following England’s spectacular Euro 2016 exit. / AFP PHOTO / Marco BERTORELLOMARCO BERTORELLO/AFP/Getty Images
10.15 – Wara dak li kien rappurtat ftit tal-ħin ilu, jidher li Wilfred Bony deher jasal fit-training grounds ta’ Stoke F.C. biex ikompli jiddiskuti mal-club. 10.07 – Wilfred Bony ser jibda sfida ġdida. Sostna dan huwa stess fuq Tweet li tefa aktar kmieni dalgħodu.
It’s a new day and I look forward to a new exciting challenge 💪 — Wilfried Bony (@wilfriedbony) August 31, 2016
10.05 – Tkompli t-tfittxija ta’ Inter għal difensur. Dan wara li fallew l-attentati għal Matteo Darmian u Stephan Lichsteiner. Manchester United qalu li Darmian mhux għal bejgħ filwaqt li Juventus qalu li jekk Lichsteiner jinbiegħ, jinbiegħ lil klabb mhux Taljan. Bla dubju d-deċiżjoni ta’ Juventus jista jkun ukoll ifluwenzata mill-attentat li għamlu biex jakwistaw lil Marcelo Brozovic tal-istess Inter, b’dawn tal-aħħar jgħidu li jinbiegħ biss barra mill-Italja. Intant, l-aħħar isem li qed jissemma mal-klabb immexxi minn Frank de Boer huwa Fabio Coentrao, li bħalissa jinsab mat-team Spanjol Real Madrid. Dan filwaqt li l-alternattiva Martin Caceres tibqa hemm. 10.00 – Marcos Alonso ta’ Fiorentina jidher li jinsab aktar viċin ta’ Chelsea issa. Dan għaliex dalgħodu Marcos Alonso għamel ‘follow’ fuq Twitter il-profil uffiċjali ta’ Chelsea F.C. Jidher li kollox huwa lest biex Alonso jkompli l-karriera tiegħu minn Stamford Bridge. 09.49 – Moussa Sissoko ta’ Newcastle jidher li huwa l-mira l-ġdida ta’ Tottenham Hotspurs. Diversi rapporti qed jgħidu li l-offerta hija ta’ 16-il miljun sterlina izda Newcastle mhux lesti li jaċċetaw inqas minn 30 miljun. 09.35 – David Luiz jista’ jerġa’ jirritorna mal-blues ta’ Londra, Chelsea, dan hekk kif dawn tal-aħħar għamlu offerta ta’ aktar minn 30 miljun sterlina għad-difensur Brażiljan minngħand Paris St. Germain. Huwa kien iffirma f’Pariġi sentejn ilu għas-somma ta’ 50 miljun ewro. Skont numru ta’ sorsi viċin il-plejer jidher li Luiz jinsab ħerqan li jerġa’ jmur lura f’Londra.
09.28 – Jack Wilsher jidher li huwa viċin biex jingħaqad ma’ Crystal Palace jew inkella Bournemouth. Jidher li huwa diġa qal lid-deriġenti tal-Gunners li huwa jixtieq jħalli lit-tim ta’ Arsenal b’ self. Ir-rappreżentanti ta’ Wilshere iltaqgħu maż-żewġ clubs u qed jevalwaw l-offerti tagħhom. Deċiżjoni mistennija tittieħed fis-siegħat ta’ filgħodu. 08.37 – Davide Brivio u Genoa jinsabu viċin ħafna. Id-difensur imwieled fl-1998, kien diġa lagħab mal-Grifone fl-istaġun tal-2008/2009, u issa se jkun qed jerġa jilbes il-flokk rossoblu. Brivio, li lagħab anke ma’ Vicenza, Lecce, Verona u Atalanta, beda jagħmel il-viżti mediċi l-Erbgħa filgħodu, qabel ma jiffirma l-kuntratt mal-klabb immexxi minn Ivan Juric. 08.32 – Axel Witsel jidher li jinsab viċin li jingħaqad ma’ Juventus minn ma’ Zenit. Kien il-kowċ Max Allegri li talab għall-midfielder Belġjan bħala sostitu għal Paul Pogba. Jidher li l-ftehim bejn il-klabb Taljan u dak Russu wasal wara ġurnata twila ta’ negozjati, bid-direttur ġenerali Beppe Marotta jilħaq ftehim ta’ tmintax-il miljun ewro u tlieta oħra f’bonus. Il-Belġjan huwa mistennija li jasal Turin biex jagħmel il-viżti mediċi u jiffirma l-kuntratt.