Wara programmi u xandiriet speċjali li ONE wasal fl-aħħar ġimgħat, mill-mewt ta’ Papa Franġisku, għall-konklavi, għal elezzjoni ta’ Papa Ljun XIV, il-Ħadd 18 ta’ Mejju, ONE se jerġa’ jkun pijunier sabiex iwassal lis-segwaċi tiegħu l-quddiesa li tagħti bidu għall-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV.

Antoinette Falzon se twassal programm speċjali b’diversi mistiedna, intervisti u filmati mid-8:40am ‘il quddiem sabiex għal ħin tal-10am b’xandira diretta minn Pjazza San Pietru, l-Vatikan ningħaqdu għal quddiesa li tagħti bidu għal Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV.
Minħabba din it-trażmissjoni speċjali, l-programm tal-Ħadd filgħodu PAPERSCAN li jitmexxa minn Nigel Vella, mhux se jkun qed jixxandar.