Hekk kif dalgħodu bdiet l-iskeda tal-ħarifa għall-istazzjonijiet ONE, fl-aħħar xhur ONE GROUP investa f’sistema ġdida msejħa ONE PLAY.
Minn dalgħodu, ONE PLAY telqet bil-ħidma tagħha bħala servizz offrut b’xejn lit-telespettaturi tagħna, biex kull programm imxandar fuq it-televiżjoni, ikunu jistgħu jarawh x’ħin u meta jridu fis-sebat ijiem ta’ wara mill-kumdità ta’ djarhom jew inkella minn fejn iridu huma.
Din is-sistema tinsab fuq il-portal tagħna one.com.mt minn fejn wieħed jista’ jaċċessaha faċilment, anke minn fuq tablets jew mobile phones.