B’aktar minn elf u mitt mistieden, wara 9 xhur ta’ programmi l-preżentaturi ta’ ONE BREAKFAST Dorian Cassar, Elaine Degiorgio, Rachel Powell u Claudia Cuschieri, issa ser ikunu jistgħu jqumu ftit aktar tard mis-soltu għax din il-ġimgħa jinżel is-separju fuq dan il-programm.

Nistiednu lilkom it-telespettaturi biex filwaqt li tkomplu ssegwu dak li għandom ippreparat għalikom il-preżentaturi għal tul din il-ġimgha, tingħaqdu wkoll magħhom għal programm specjali tal-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju fejn fih ser jitħabbar r-rebbieħ jew rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-ġiżirana li tiswa aktar minn €3,500 grazzi għal Azzopardi Jewellers.

Dak inhar ukoll ser insiru nafu lil preżentaturi kollha aktar mill-viċin, naraw min hu t-tim li ħadem fuq il-programm minn wara l-kwinti u anke sorpriżi ma’ jonqsux.

ONE Breakfast, jibdilek il-ġurnata b’differenza mis-6:30am ‘il quddiem. Intant, segwi hawn taħt biex tara kif għadek fiċ-ċans li tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni.