Mit-Tnejn 16 ta’ Jannar, is-segwaċi ta’ ONE għandhom l-opportunita’ li jsegwu l-ewwel produzzjoni televiżiva lokalment ibbażata dwar it-tattoo. ”Malta’s Ultimate Tattoo Challenge” huwa programm fejn se jġib diversi persuni flimkien f’dan is-settur fi programm wieħed.

Bi preżentazzjoni ta’ Luke Magro u bl-għajnuna ta’ Denise Gafa, żewġ persuni li fil-midja soċjali żgur li m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni, dan il-programm se jkun ta’ sfidi kontinwi bejn diversi artisti tat-tattoo f’pajjiżna.

Dylan The Mad Tatter, Chris Ormond Kribor, Tetinu ser ikunu l-persuni li se jpoġġu fuq il-ġurija ta’ dan il-programm, bl-opinjonisti se jkunu Daniel, Anabelle Calafato u Sean Gravina.

Malta’s Ultimate Tattoo Challenge għandu produzzjoni ta’ JA Media.