Minn programmi Lifestyle għal programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti, Drama u programmi ta’ divertiment. Varjeta ta’ programmi li se jkunu qegħdin izommu kumpanija lit-telespatturi tul din l-iskeda tal-ħarifa ta’ One.
Kuljum mit-tnejn sal-Ġimgħa fis-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu Wayne Sammut u Elaine Degirogio se jkunu qegħdin jipprezentaw il-Breakfast show ONE BREAKFAST.
Ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-għaxra ta’ filgħodu jissokta l-programm ESPRESSO ipprezentat minn Wayne Aquilina, segwit mill-programm KALAMITA fis-siegħa neqsin kwart ipprezentat minn Alfred Zammit.
Jirritorna għat-tielet staġun tiegħu l-programm ta’ attwalità politika u ġrajjiet kurrenti Pjazza. Bi preżentazzjoni ta’ Karl Stagno-Navarra, Pjazza se jixxandar minn studjo ġdid u akbar, b’sett ġdid fjamant, ta’ kuljum fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija.
Fuq l-istazzjon One se jirritorna Norman Hamilton, preżentatur ta’ esperjenza kbira, bil-programm Aġenda kull nhar ta’ Tlieta fit-tmienja u għoxrin ta’ filgħaxija.
Ramona Attard, bil-programm Arena se terġa’ żżomm l-appuntament tagħha kull nhar ta’ Erbgħa fid-disgħa u nofs ta’ filgħaxija.
L-istess Manuel Micallef bil-programm Paperscan kull nhar ta’ Ħadd fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu.
Filwaqt li l-Ħadd fl-għaxra ta’ filgħodu ser jibda isir il-programm QRIBEK ippreżentat minn Ronald Vassallo.
B’ta’ kuljum jixxandar il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ One News, bil-bullettin ewlien tas-sebgħa u nofs ileħħaq udjenza ta’ tmienja u ħamsin elf skond l-aħħar staħrrig tal-awtorita tax-xandir tas-sajf.
F’din l-iskeda se naraw ir-ritorn ta’ għadd ta’ programmi, fosthom il-programm kulturali -TEŻORI ipprezentat minn Clifford Galea kull nhar ta’ Ħadd fil-17.20 fejn joħodna f’mużewijiet fil-gżejjer tagħna, jitratta leġġendi u ġrajjiet mill-passat kif ukoll ilaqqgħana ma’ artisti lokali.
Se jirritornaw ukoll il-programm tal-avjazzjoni AIRBORNE kull nhar ta’ Ħadd fid-disgħa u kwart ta’ filgħaxija u KWALITÀ MALTA li darbtejn fil-ġimgħa jippromwovi ħafna kumpaniji u imprendituri Maltin u Għawdxin fis-settur professjonali tagħhom.
Id-drama fuq One se tissokta bid-Drama popolari Division 7 u Klassi Għalina.
Filwaqt li se jkomplu programmi bħal ILSIEN IN-NISA, kull nhar ta’ ħamis fit-8:30 ta’ filgħaxija, ARANI ISSA kull nhar ta’ sibt fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija u programmi oħra bħal DAK LI JGĦODD, AROMA KITCHEN, INDHOUSE, PINK PANTHER, ONDROAD u PRIMETIME kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-8 u għaxra ta’ filgħaxija u IEQAF 20 MINUTA.
Apparti dan, għad-delettanti sportivi, jisskotaw il-programmi popolari ŻONA SPORT L-Erbgħa – fl-erbgħa u ħamsa u għoxrin minuta, KICK OFF Il-Ġimgħa fid-disgħa u kwart ta’ filgħaxija u L-ARGUMENT Il-Ħadd fil-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija.
Mill-ewwel ta’ Ottubru One Radio ukoll se jkollu skeda ġdida b’għadd ta’ programmi ta’ mużika imma ukoll programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fosthom il-programm Mit-Tnejn sal-Ħamis fin-nofs siegħa se jibda jixxandar il-programm Temi u Bil-programm Linja Diretta ta’ Emanuel Cuschieri se jibda jixxandar nhar ta’Ġimgħa fin-12:30.
U l-aktar programm ta’ diskussjoni segwit Sibt il-Punt ta’ Emanuel Micallef se jżomm il-ġurnata u l-ħin tiegħu jiġifieri ta’ Sibt fid-disgħa ta’ filgħodu.