Mill-11:30 ta’ dalgħodu ‘l quddiem l-istazzjon ONE se jkun qed ixandar programm speċjali dwar ħajjet l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici.
Il-programm se jkun ippreżentat mill-ġurnalista ta’ ONE News Antoinette Falzon.
Mifsud Bonnici miet fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fl-età ta’ 89 sena.
Fit-22 ta’ Diċembru tal-1984, Dr Karmenu Mifsud Bonnici ħa l-ġurament tal-ħatra bħala d-disa’ Prim Ministru ta’ Malta.
Wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju tal-1987, Karmenu Mifsud Bonnici sar Kap tal-Oppożizzjoni u baqa’ Mexxej Laburista.
Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Mifsud Bonnici, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela u anke l-Partit Laburista fi stqarrija.
It-tnejn innutaw kif Mifsud Bonnici ddedika ħajtu għall-ħidma favur il-klassi tal-ħaddiema.