L-isptarijiet fl-Afganistan mimlija b’ommijiet jitkarbu għall-ikel nutrittiv għat-trabi tagħhom. Dik hija s-sitwazzjoni bħalissa wara li t-truppi Amerikani rtiraw mill-Afganistan f’Awwissu li għadda, u ħadu t-tmun f’idejhom it-Taliban.
Din hija s-sitwazzjoni li qed tiddomina fl-Afganistan, wirt tat-tmexxija tat-Taliban.
Bosta trabi qed jitħallew bil-ġuħ hekk kif l-ikel huwa skars u l-faqar qed jiżdied. Qed tiżdied ukoll il-marda tal-ħosba fost tfal żgħar Afgani.
L-ekonomija tinsab fi stat ta’ kollass, filwaqt li l-għajnuna finanzjarja li kienet tingħata minn numru ta’ pajjiżi kif ukoll ir-riżervi barranin tal-pajjiż, li jammontaw għal 10 biljun dollaru ġew iffriżati wkoll.