Martina Fenech, tfajla ta’ 19–il sena mimlija ħajja u enerġija tinsab ħerqana għal kapitlu ġdid f’ħajjitha- li tidħol l-Università.
Emozzjoni li jħossu ħafna żgħażagħ tal-età tagħha. Iżda ftit tas-snin ilu, Fenech esperjenzat uġigħ li dawk ta’ daqsha qatt ma joħolmu li jesperjenzaw.
Siegħa wara t-tokki tal-ewwel tas-sena, erba snin ilu, Martina Fenech tilfet lill-ommha għall-marda tal-kanċer.
Wara xahrejn biss u numru ta’ testijiet, irrizulta li Martina nnifisha kellha tip rari tal- kanċer ukoll, meta kellha biss ħmistax-il sena. Erba’ snin wara, Martina qed tappoġġja lil Puttinu Cares waqt il-maratona annwali tal-futbol. F’Intervista ma one.com.mt, Martina qaltilna l-istorja tagħha.
https://www.youtube.com/watch?v=kycdwqUoTVA