Omm żagħżugħa intilfet minn sensiha u tilfet ħajjitha fil-Qorti ta’ Hull Crown fl-Ingilterra quddiem il-ġenituri tagħha
Hayley Gascoigne, li għandha ftit ‘l fuq minn 30 sena, ta attakk ta’ puplesija iżda minkejja l-ħidma tat-tim tal-emerġenza li kien fuq il-post, Gascoigne tilfet ħajjitha fuq il-post.
Gascoigne kienet qed tattendi għall-kawża tal-familja meta ommha u oħtha li kienu bilqiegħeda ħdejha ndunaw li dawwret għajnejha lura, bjadet u bdiet tirtrod qabel ma tatha puplesija.
Qed jingħad li Gascoigne kienet f’saħħa tajba iżda okkażjonament kien itiha attakk ħafif.