Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ġie deskritt bħala giddieb faħxi minn omm Yorgen Fenech wara li għal darb’oħra nqabad jigdeb.
Dan wara li d-deputat Nazzjonalista tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, il-Ġimgħa allega li fi Frar li għadda mart Yorgen Fenech marret id-dar tal-Ministru Edward Zammit Lewis f’Ħal-Lija.
Il-Ministru Zammit Lewis immedjatament ċaħad bl-aktar mod kategoriku u assolut dak li vvinta fuqu d-deputat Nazzjonalista fuq il-midja soċjali.
Patricia Fenech fuq Facebook qalet kif mart Yorgen Fenech marret għal appuntament li mart Fenech qalet li kien wieħed mediku. F’dan l-istess kumment, omm Yorgen Fenech qalet kif hija ġiet imċaħħda milli tirribatti lil Jason Azzopardi billi ġiet imblukkata fuq il-profil ta’ facebook ta’ Jason Azzopardi.
Patricia Fenech żiedet tgħid, “Mara lanqas jħalluha tagħmel l-affarijiet tagħha. U jġib il-karozza? Ja vili.”
Ftit tal-ġimgħat ilu, Jason Azzopardi inqabad f’gibda oħra meta ħalef li f’ħajtu qatt ma ltaqa’ mas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia iżda ftit wara din il-ħalfa ħareġ ritratt ta’ Jason Azzopardi ma’ Yorgen Fenech.
Fir-ritratt, Azzopardi li dak iż-żmien kien jifforma parti integrali mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, deher bit-tazza f’idu jidħaq ma’ Yorgen Fenech.
Dwar dan, mart Fenech kitbet li ħadd f’sensih m’għadu jemmen lil Jason Azzopardi.
Jason Azzopardi, li bħalissa jinsab b’ruħu b’ġismu wara Bernard Grech, kien waqqaf lil Patricia Fenech milli tikteb fuq Facebook biex ma tikxiflux aktar borom.