Ġuvni ta’ 23 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti mixli bl-attent ta’ qtil ta’ ħuħ sena ikbar minnu.
Fl-awla tal-Qorti spikkat il-preżenza tal-omm li nqabdet xhud f’każ bejn żewġ uliedha, wieħed arrestat u l-ieħor rikoverat l-isptar.
Hawn spikka l-messaġġ tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li qaltilha li hi omm tagħhom it-tnejn u għandha tkun hemm għat-tnejn li huma.
Carlos Calleja qed ikun akkużat li poġġa ħajjet ħuħ Emanuel fil-periklu tal-mewt għal xi ħin wara li tah daqqiet ta’ sikkina żgħira f’żaqqu.
Aqra aktar: Argument bejn aħwa iħalli wieħed gravi