It-Tlieta filgħaxija membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili salvaw omm u wild li kienu għadhom kif inqabdu fil-baħar fl-akwati ta’ Marsalforn.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-ħaddiema tas-salvataġġ niżlu permezz tal-ħbula ġo għar żgħir li kien hemm fil-blat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn hemm dawn il-ħaddiema tellgħu liż-żewġ persuni permezz tal-ħbula.
Dawk salvati ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief.

