Mara ta’ 31 sena u raġel ta’ 36 sena, it-tnejn Qriema, qed jingħataw il-kura wara li kienu involuti f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Manikata. Jidher li l-inċident seħħ għal ħabta tal-11:30 a.m. fi Triq il-Manikata, meta Daihatsu Terios misjuqa mir-raġel ħabtet ma’ Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 62 sena mir-Rabat. Riekba miegħu kien hemm il-mara kif ukoll tifel ta’ sena.
Hu mifhum li kemm ir-raġel ta’ 62 sena u anke t-tifel ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tal-mara u tas-sewwieq l-ieħor għadhom mhux magħrufa.