Omm u tarbija kienu nvoluti f’inċident f’Ħ’Attard. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-omm baqgħet dieħla f’siġra u li bl-impatt tqaċtet is-siġra. It-tarbija qed tinżamm fil-karozza tal-Pulizija sakemm qed isir l-istħarriġ.
Il-Pulizija jinsabu fuq il-post u għaddejjin bl-investigazzjoni.
Jidher li ħadd ma weġġa’ gravi f’dan l-inċident hekk kif is-sewwieqa irrifjutat l-ambulanza.