Il-familja ta’ omm u tarbija li mietu fl-istess jum tista’ tgħid li qed tgħix ħmar il-lejl.
Viktorija Mardosiene ta’ 32 sena qamet fid-9 ta’ Awwissu biex sabet lil binha ta’ ħames xhur, Kevin Degutis, kważi bla ħajja fid-dar tagħhom fi Staffordshire. It-tifel miet l-isptar, filwaqt li l-omm stess iddaħħlet għall-monitoraġġ, iżda aktar tard kellha tittieħd l-emerġenza, umbad mietet 14-il siegħa wara binha.
Il-familja, immigranti mil-Litwanja, issa iddisprata biex tifhem x’ġara minnhom u x’wassal għal din it-traġedja.
Minn investigazzjoni jirriżulta li l-omm tat lil binha flixkun ħalib qabel ma raqdu. Meta sabet lit-tifel barra minn sensieh u meta miet, kienet fi stat ta’ xokk qawwi u għalhekk kellha tinżamm l-isptar. Iżda l-Pulizija Ingliża m’hi teskludi xejn u qed tinvestiga ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-mewt taż-żewġ persuni.