Għal aktar minn 15-il sena, abbużaw lil binthom. Kellha biss ħames snin meta ommha u missiera stess bdew jabbużaw minnha, abbuż li kompla sakemm għalqet 18-il sena. Kienu jżommuha taħt ilma friżat, jabbużawa sesswalment u jhedduha b’lupa. Din it-tifla kienet tinżamm f’ġaġġa kbira.
Il-missier ta’ 59 sena u l-omm ta’ 51 sena ngħataw sentenza ta’ 48 u 16-il sena ħabs rispettivament. Il-mara saħansitra kienet għalliema filwaqt li r-raġel kien jaħdem fis-settur tal-isports.
Dan il-każ seħħ f’Wales, fejn il-Maġistrat Sarah Huggett sabet lill-missier ħati ta’ 73 każ ta’ abbuż filwaqt li l-omm kienet kompliċi fi 13-il każ. Il-Maġistrat qalet li r-raġel m’għandux jingħata l-ħelsien qabel imut, fil-Qorti hija spjegat li r-raġel kien qed jabbuża minn bintu għal bżonnijiet tiegħu u li l-abbużi li għamel kienu gravi.