Missier beda jattakka għaqda tal-karità kontroversjali li titkellem favur tfal transesswali talli “indaħlu” f’argument dwar x’għandu jilbes it-tifel tiegħu li għandu ħames snin.
Il-missier jinsab fi ġlieda mal-eks mara tiegħu, li temmen li t-tifel tagħhom jidentifika lilu nnifsu bħala tifla.
L-omm temmen li t-tifel għandu jilbes uniformi ta’ tifla għall-iskola, fejn qed jiġi mħeġġeġ mill-għaqda ta’ karità għal tfal transesswali. Il-missier sostna li t-tifel tiegħu jinsab konfuż minħabba ommu, dan minħabba li l-omm bdiet tlibsu ta’ tifla minn meta kellu sentejn u nofs.
Hu qal kif it-tifel qatt ma wera interess li jilbes bħala tifla meta jkun miegħu, u sostna li ħadu żgħir wisq biex jifhem it-tifsira tal-kelma ‘ġeneru’.
Membri tal-għaqda allegatament tkellmu mal-iskola u qalulhom li se jkunu ħatja ta’ diskriminazzjoni jekk mhux se jkunu qed iħallu lit-tifel jilbes l-uniformi li hu jrid. Il-missier dwar dan il-fatt qal li l-iskola spiċċat intimidata.