Omm Sirjana ta’ 49 sena u bintha ta’ 22 sena instabu mejta ġewwa darhom f’Birmingham, l-Ingilterra.
Il-pulizija Ingliza għadha għaddejja bi tfitxija għas-suspettat li ntqal li huwa midħla tal-omm u bintha. Il-ġirien ta’ fejn twettaq dan id-delitt stqarru li għall-ħabta ta’ nofsillejl huma semgħu għajat filwaqt li raw raġel jaħrab b’vann.Kien f’dan il-lejl li t-triq kwieta inbidlet f’konfużjoni, bir-residenti li joqgħodu f’dawn l-inħawi jiddeskrivu ix-xena bħala waħda xokkanti, fejn qatt ma kien jgħaddilhom minn moħħhom li ser jiġri xi ħaġa hekk f’triq daqshekk kwieta.
L-omm u bintha ġew ikkonfermati mejta fuq il-post tad-delitt.
Għal dan id-delitt għamel stqarrija l-Membru Parlamentari ta’ Solihull, fejn bgħat il-sobgħa tiegħu lill-familjari u lill-ħbieb tal-vittmi.
Il-pulizija Ingliza talbet il-kooperazzjoni tar-residenti biex tgħinhom f’dan id-delitt.