L-omm li tagħtha l-ħajja, waħda minn dawk kompliċi fil-qtil ta’ ċkejkna li kellha biss 10 snin. Jispikkaw x-xemgħat, il-fjuri u d-dieqa fuq wiċċ il-familjari u l-ħbieb li attendew għall-funeral ta’ din it-tifla li hekk kif deskriet mill-pulizija nqatlet b’mod makabru.
Victoria Martens, għalqet 10 snin propju ġurnata qabel inqatlet, jidher li s-suspettati huma Michelle Martens li tiġi omm Victoria, l-għarus tagħha kif ukoll Fabian Gonzales u l-kuġina tiegħu Jessica Kelley.
Michelle Martens kienet akkużata bi ħtif u abbuż tat-tifla, l-uffiċjali tal-pulizija qalu li sabu lil din it-tifla mdawwra f’ ‘electric blanket‘ fil-banju li jinsab fl-apartament tal-familja. L-akkużati jidher li saħansitra qatgħu sieq ix-xellugija taċ-ċkejkna kif ukoll idejha t-tnejn. L-omm ammetiet li taw lit-tifla methamphetamine biex jikkalmawha filwaqt li Fabian Gonzales abbuża sesswalment.