Omm ta’ 22 sena tressqet l-Qorti wara li allegatament użat l-vjolenza fuq uffiċjali tal-Pulizija meta irreżistiet l-arrest.
Il-każ seħħ il-Tlieta meta l-omm marret l-Appoġġ u insistit li tara lit-tarbija tagħha ta’ xahrejn , li ittieħed mingħandha b’care order wara erbat ijiem li twieldet.
L-omm li m’hiex miżewġa, tinsab bla impjieg u tgħix f’shelter f’Birkirkara wieġbet mhux ħatja li hedded u weġġgħet ħafif żewġ uffiċjali tal-Pulizija u lit-social workers, għamlet ħsarat fi propjetà privata u kisret l-paċi pubbliku.
Kienet akkużata ukoll li gidmet waħda mill-uffiċjali u possibilment infettata bil-virus tal-Hepatitis C għalkemm għadhom iridu jsiru testijiet mediċi biex jiġi kkonfermat dan.
L-avukati li dehru għall-omm qalu li dan kien każ umanitarju fejn l-omm riedet tara lit-tarbija li ġiet separata minnha wara t-twelid. Izda minflok l-omm spiċċat biex qalgħet daqqiet mingħand il-Pulizija .
Minħabba li fadal xhieda x’jixhdu f’dan il-każ, il-Maġistrat ma tax il-ħelsien mill-arrest. L-omm se tinżamm fis-sezzjoni forenżika ta’ Mount Carmel fejn hemmhekk se tingħata l-kura neċessarja .