Meta omm saret taf li x-xogħol skolastiku tad-dar tat-tifla tagħha kien jinkludi messaġġ sessist kontra ommijiet li jaħdmu, iddeċidiet li tibgħat il-messaġġ tagħha billi kitbet l-istess mesaġġ iżda b’mod differenti.
Lynne Polvino li għandha 44 sena minn New York kienet għadha kif waslet id-dar u bdiet tlesti l-ikel, meta kif bdiet tgħin liż-żewġt itfal tagħha fix-xogħol tal-iskola ndunat b’hw partikolari li kellha t-tifla.
Kienet storja bl-isem “Back to Work – Lura għax-Xogħol”, li kienet tinkludi sezzjonijiet mhux mimlija għall-istudnenti biex jimlew il-vojt.
L-ewwel linja kienet tgħid “Lisa ma kinitx ferħana. Ommha rritornat lura fuq il-post tax-xogħol”
Kompliet “Filgħodu kienet għodwa terribbli. Lisa riedet tasal l-iskola fil-ħin. Missiera ried jasal ix-xogħol fil-ħin. U issa, anke ommha tinsab mgħaġġla.” L-istess storja inkludiet ukoll deskrizzjoni ta’ kif kien l-kolazzjoni “mhux daqsekk tajjeb.”
L-istorja ntemmet b’Lisa ferħana u dan għax meta rritornat lura d-dar sabet lil ommha tistenniha u qaltilha li se tkun qed issibha d-dar kuljum għax se tibda titlaq mix-xogħol kmieni.
Wara li rat dan Lynne kienet vera rrabjata u staqsiet “f’liema diċenju qed jgħixu? Illum il-ġurnata, se ngħallmu lit-tfal li l-ommijiet li jaħdmu jikkawżaw dwejjaq lit-tfal tagħhom u l-kuntentizza tal-familja? Li l-missirijiet mhux normali li jsajru u jaħslu l-platti?”
Għalekk, minflok ħalliet lit-tifla tissottometti l-hw tagħha, Lynne għamlet verżjoni differenti biex hi tagħmel. Veżjoni li kienet tinkludi kif Lisa tinsab ferħana li ommha rritornat lura għax-xogħol u ntemmet kif Lisa tinsab ferħana li qed tgħix f’soċjetà ġusta u li hemm ugwaljanza bejn il-ġeneru.
Kien hemm li Lynne poġġiet iż-żewġ karti fuq il-midja soċjali, fejn sar popolari ħafna ma’ kull min beda jarahom.
L-omm aktar tard kitbet messaġġ fejn qalet li l-għalliema tat-tifla tagħha nfurmatha li l-karta ma kinitx tapplika għal dan iż-żmien, u li darb’oħra se toqgħod attenta xi tqassam fil-klassi.
i messaġġ sessist kontra ommijiet li jaħdmu, iddeċidiet li tibgħat il-messaġġ tagħha billi kitbet l-istess mesaġġ iżda b’mod differenti.
Lynne Polvino li għandha 44 sena minn New York kienet għadha kif waslet id-dar u bdiet tlesti l-ikel, meta kif bdiet tgħin liż-żewġt itfal tagħha fix-xogħol skolastiku tad-dar indunat b’hw partikolari li kellha t-tifla.