Omm ta’ 39 sena nżammet arrestata u nhar il-Ħadd mhux se tattendi għall-preċett ta’ bintha wara li tressqet il-Qorti akkużata b’pussess tad-droga.
Hija ġiet akkużata li fit-30 ta’ Ġunju kellha fil-pussess tagħha d-droga kokaina, eroina u kannabis.
L-Omm wieġbet mhux ħatja.
L-Avukati tagħha Franco Debono u Marion Camilleri talbu għall-ħelsien mill-arrest. Iżda l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma laqetx din it-talba.