Fl-istadju tal-appell, Omm inħelset minn kull akkuża ta’ maltrattament taż-żewġ uliedha wara li kienet nstabet ħatja li trattat ħażin liż-żewġt itfal tagħha.
Il-każ seħħ f’Awwissu 2017, meta t-tfal allegatament ippruvaw jaħarbu mid-dar t’ommhom u hija żammithom milli jagħmlu dan.
It-tfal tefgħu s-sapun fl-art sabiex iwaqqfu l-ommhom milli taqbadhom. Finalment, iż-żewġ subien ħarbu mid-dar billi użaw deodorant fil-konfront t’ommhom.
Missier it-tfal allega kif ommhom sawwtihom u żammithom imsakrin f’kamra għal jumejn sħaħ. L-omm appellat mis-sentenza ta’ xahrejn ħabs sospiżi fuq diversi kundizzjonijiet.
Fil-Qorti, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet kif kien hemm verżjonijiet kunflinġenti u appellat biex il-koppji li jkunu qed jisseparaw jieqfu jużaw lit-tfal.
Il-Qorti elevat ukoll filmati mill-kameras tas-sigurtà.