Cara Brookins, omm ta’ erbat itfal li tgħix f’Arkansas, iddeċidiet li minħabba li ma kinitx taffordja tixtri dar lesta, bniet waħda billi segwiet filmati fuq Youtube bl-għajnuna tat-tfal tagħha.
L-omm li għaddiet minn diversi relazzjonijiet abbużivi u fi ftit snin temmet żewġ żwiġijiet, xtaqet li tibda paġna mill-ġdid u biex tqawwi qalb it-tfal u tkun ta’ eżempju biex fil-ħajja m’għandek taqta’ qalbek qatt, għamlet dan il-pass li jħalli lil ħafna bla kliem.
Wara li urugan kaxkrilhom id-dar ta’ fejn kienu jgħixu, Cara kelmet lill-bank u aċċettaw li jtuha ¢150,000 b’self biex tixtri l-materjal neċessarju. Wara diversi filmati fuq Youtube u qbil bejn it-tfal u l-omm, irnexxielhom jibnu dar bħala familja.
Esperjenza li filwaqt li swiet bħala lezzjoni li dejjem għandek iżżomm sod, it-tfal esperjenzaw affarijiet ġodda u ġew mgħallma dwar l-istadji diversi ta’ kif tinbena dar.