Aysha Frade, Spanjola ta’ 43 sena kienet fi triqitha biex tiġbor liż-żewġt ibniet tagħha ta’ 8 u 11 ‘il sena meta spiċċat maqtula mis-suspettat terrorista iżlamiku bil-karozza.
Kienet waħda mill-erbgħa maqtula fl-attakk tal-bieraħ, u li ħalliet ħafna oħra midruba. Illum il-familja tagħha spjegaw kif jinsabu mkissra u mfarrka b’dak li ġara.
Qarib ta’ din l-omm, John Frade ta’ 43 sena spjega li hekk kif sema’ li l-mara ta’ kuġinuh kienet waħda mill-vittmi spiċċa inħasad immens u qatt ma stenna li xi ħaġa bħal din setgħet tiġri viċin daru.
Aysha kienet maħbuba ħafna mill-kollegi tagħha u l-familjari tagħha spjegaw kemm kienet omm dedikata b’karattru ħelu. Kienet persuna ferriħija u umli. Żiedu jgħidu li kullħadd huwa fi stat ta’ xokk u qatt m’hu se tkun minsija.