Scisanne Farrugia ta’ 21 sena mill-Ħamrun, li ma taħdimx, għandha problema kbira ta’ droga.
Il-Maġistrat Chairmane Galea sabitha ħatja u poġġietha taħt ordni ta’ probation u trattament.
F’każ separat, tressaq il-ħabib tagħha, Reuben Galea ta’ 44 sena. Huwa ġie mixli li seraq minn ħanut ‘Bella Sicilia’ fil-Gżira.
Ir-raġel wieġeb ħati. Ħareġ li hu wkoll għandu problema ta’ droga.
Il-Maġistrat sabitu ħati għall-akkużi u poġġietu taħt il-kura ta’ ordni ta’ probation.
Il-Magitstrat Charmaine Galea wissietu li jekk ma jgħinx lilu nifsu, il-Qorti jkollha itih sentenza ta’ ħabs. Filwaqt li fakkritu li jista’ jeħel sentejn ħabs.