L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa tgħid li persuna minn kull erbgħa tista’ taffaċja poblemi relatati ma’ saħħa mentali. Madankollu dawn is-servizzi u persuni affettwati qed jaffaċċjaw stigma kbira.
Tkellimna ma’ Marion Saliba, infermiera li ilha tmexxi s-sala tat-tfal f’Monte Karmeli għal dawn l-aħħar tlieta u għoxrin sena. Hija rrakontat sitwazzjoni fejn minħabba l-istigma, omm ta’ tifla li kienet għadha kif iddaħlet għall-kura ppreferiet li tmut milli tiddaħħal l-isptar.
“L-omm kellha tant kontra u emmnet tant fl-istigma li hawn kontra l-isptar u l-mard mentali li kważi kważi t-tifla aħjar mietet milli daħlet hawnekk”
Madankollu, hekk kif it-tifla bdiet turi progress fis-sintomi u wara li l-omm indunat li ħafna mill-għajdud li semgħet dwar Monte Karmeli ma kinux veritieri hija rrealizzat li bintha ma kellha xejn inqas minn ħaddieħor.
“Din il-persuna partikolari kienet tant kontra u tant saret favur. għalina kienet sabiħa li kellek persuna bħal dik li tgħidlek im proud of my daughter u i’m proud of you u fejn hemm bżonn isibu l-għajnuna”
Saliba kompliet tispjega li fil-passat kien hemm numru ta’ każijiet li kienu jiddaħħlu tfal li ma kellhomx bżonn kura akuta. Madankollu issa permezz tal-liġi tas-saħħa mentali dawn il-każijiet naqqsu drastikament.
“Ikollok iva, pero qed nerġa ngħid b’dawn is-servizzi li qed inwaqqfu qed nuippruvaw neliminawhom. dawn tarahom, tarahom li daħlu għal ċertu ħaġa imbagħad jgħidulek li forsi inqalgħet xi safra, xi ħaġa u imbagħad jibdew iħalluhom hawnekk bla ma jkun hemm bżonn daqshekk.”
Hija qalet ukoll kif dawn il-każi tnaqqsu wkoll permezz ta’ numru ta’ servizzi li komplew jiftħu matul is-snin. Għalhekk bis-saħħa t’hekk l-attenzjoni tal-professjonisti qed tkun aktar immirata fuq dawk li jkollhom bżonn.
“U b’hekk is-servizz li nagħtu iktar fil-ypu qed jiġi ffukat aktar f’dawk it-tfal li jkollhom bżonn u li veru għandhom bżonn ċerti għajnuna li tirrekjedi attenzjoni mill-istaff”
Saliba temmet b’appell għall-ġenituri fejn qalet li l-ebda wild m’hu inqas minn ħaddieħor. Kulħadd huwa suxxettibbli għall-problemi mentali u minkejja l-biża u l-istigma kulħadd għandu d-dritt li jirċievi l-kura li jkollu bżonn.