Fl-Istati Uniti, omm ta’ tliet itfal, ġiet maqtula mill-eks sieħeb tagħha, waqt li kienet qed tiffilmja filmat għal TikTok.
Kaitlynn Lee, ta’ 25 sena, mietet permezz ta’ tiri minn arma tan-nar, fl-appartament tagħha, fejn kienet ma’ ħabiba tagħha.
Il-ħabiba tal-vittma, qalet li qabel ma nqatlet, hija rat lill-eks sieħeb tagħha, barra t-tieqa, b’arma ppuntata lejn il-vittma.
Hija qalet ukoll li r-relazzjoni tagħhom kienet waħda tossika.
Iz-zija tal-vittma, qalet kif il-vittma, kellha tbiddel l-appartament fejn tgħix tliet darbiet f’dawn l-aħħar 4 xhur minħabba l-imputat.
Hija tkellmet ukoll dwar kif f’April ta’ din is-sena, il-vittma kienet ċemplitilha, fejn kienet mimlija bit-tbenġil.