Charlotte Zammit li hija omm Liam Debono ngħatat sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs. Dan wara li nstabet ħatja li serqet ammont ta’ flus minn diversi pompi tal-petrol.
Fl-10 ta’ Lulju, Zammit ammettiet li wettqet diversi serqiet minn diversi pompi tal-petrol li jinsabu fl-lokalitajiet differenti, li huma: f’Ħa Qormi, Ħ’Attard, San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid, kif ukoll il-Mellieħa. Hija affaċċjat l-akkuża wkoll li wettqet att kriminali, waqt li kienet taħt ordni ta’ probation u li hija reċediva.
Il-Qorti semgħet ukoll li l-akkużata tbati mill-vizzju tad-droga. Għalhekk fis-sentenza li ta l-Maġistrat Neville Camilleri għamel rekomandazzjoni lid-Direttur tal-Ħabs biex Zammit tibda ssegwi programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, filwaqt li tkun qed tiskonta s-sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs.