Charlotte Zammit, ta’ 37 sena baqgħet tinżamm arrestata wara li ammetiet li matul il-lejl serqet diversi drabi minn diversi pompi tal-petrol f’San Pawl il-Baħar, f’Raħal Ġdid, f’Ħaż Żabbar, f’Ħ’Attard, Ħal Qormi u l-Mellieħa, sabiex issostni l-vizzju tad-droga.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Agius tenna li Zammit hija riċediva u li ngħatat ċans diversi drabi u għalhekk insista sabiex tintbagħat sena ħabs.
Intant l-akkużata ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, filwaqt li s-sentenza ser tinqata’ fil-jiem li ġejja.