Meta omm issir taf li se jkollha tarbija, l-ferħ li tħoss huwa deskritt mill-bosta bħala wieħed indimentikabbli. Iżda fid-dinja mhux kollox ward u żahar u xi kultant l-aktar aħbarijiet sbieħ jinbidlu fl-aktar memorji koroh, iżda Keri Young irnexxielha li minn negattiv toħroġ il-pożittiv.
Fid-dsatax-il ġimgħa ta’ tqala, din l-omm ħadet l-aħbar mit-tobba li t-tarbija tagħha ma żviluppaliex il-moħħ. Deċiżjoni li quddiema ħafna drabi, l-ġenituri jiddeċiedu li jwaqfu t-tqala, iżda d-deċiżjoni ta’ din l-omm ispirat u tat kuraġġ lil bosta.
Ma’ din l-aħbar l-omm iddeċidiet li tagħmel it-terminu sħiħ tat-tqala biex ladarba ċ-ċkejkna tagħha titwieled, tkun donatur tal-organi għal trabi oħra li l-futur tagħhom jiddependi minn fuq donazzjoni. Missier it-tarbija qabel ma’ din id-deċiżjoni u spjega li kienet tkun deċiżjoni ħażina li kieku ‘r-rigali’ li tista’ toffri t-tarbija tagħna ma kienux jingħataw.
“It-tifla tagħha se jkollha ħajja qasira iżda se tkun qed tagħti bħala donazzjoni dak kollu li tista tagħti lil din id-dinja, aktar milli qatt nista’ nagħti jien,” – Missier it-tifla