Omm ta’ erbat itfal salvati wara 40 jum fil-ġungla tal-Amażonja baqgħat ħajja għal erbat ijiem wara li l-ajruplan li kienu fih iġġarraf.
Magdalena Mucutuy qalet lil uliedha biex jitilqu u jsibu l-għajnuna waqt li kienet qed tmut.
Waqt li tkellem mal-ġurnalisti, missier it-tfal, Manuel Ranoque, qal li bintu l-kbira rrakkontatlu li ommhom ħeġġiġhom biex jitilquha u jsalvaw lilhom infushom.
L-aħwa, ta’ 13-il sena, disa’, ħames snin u sena, ġew salvati mill-ġungla l-Ġimgħa, u ġew trasferiti fi sptar militari fil-kapitali tal-Kolombja, Bogota.
Manuel Ranoque qal lill-ġurnalisti barra l-isptar li qabel talbithom jitilquha, l-omm serrħet ras it-tfal li missierhom kien se jieħu ħsiebhom b’għożża kbira.
Intant il-ħaddiem tas-salvataġġ Nicolas Ordonez Gomes tkellem dwar il-mument li sabu lit-tfal. Qal li t-tifla l-kbira, Lesly, bit-tifla ż-żgħira f’idejha, ġriet lejh u l-ewwel kliem li qaltlu kienu: “għandi l-ġuħ”.
Ritratt: Reuters