Joseph Chetcuti jwassal edizzjoni oħra tal-programm Arani Issa illum is-Sibt fit-8.35pm fuq ONE, fejn għal darb’oħra l-programm se jkun mimli emozzjonijiet u sorpriżi għal dawk preżenti fl-istudjo u aktar…
Matul il-programm se naraw laqgħa sabiħa li Mina xtaqet tagħmel għar-raġel tagħha li għaddej minn mumenti naqra diffiċli.
Naraw ukoll l-istorja ta’ Diane, storja ta’ kuraġġ u ta’ eżempju u l-istorja ta’ Antonella Briffa, oħt il-kantanta maħbuba Ina Robinich li ser tirrakonta l-istorja diffiċli tat-telfa tat-tifel ġuvnott tagħha.
ARANI ISSA, trid tara biex temmen, kull nhar ta’ Sibt fit-8:35pm fuq ONE