Omm ta’ 37 sena akkużata bil-qtil tat-tliet itfal tagħha, ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha. L-omm saqet għal ġo xmara bit-tfal tagħha li kellhom bejn sena u erba’ snin. Każ li jmur lura għas-sena 2015 f’Melbourne, l-Awstralja.
Kien biss it-tifel tagħha ta’ sitt snin li salva minn dan il-qtil maħsub. Quddiem il-Qorti, l-omm ammettiet li wettqet infantiċidju, qatlet żewġ persuni u kienet responsabbli ta’ attentat ta’ qtil.
Missier it-tfal, fil-Qorti qal li omm it-tfal qabel dan il-każ kienet sturduta u ma kinitx taf x’inhi tagħmel filwaqt li ddeskriviha bħala omm li tħobb u li ma kinitx se tweġġa’ t-tfal intenzjonalment.
Madanakollu, il-Pulizija stqarret li mix-xhieda ħareġ li l-omm tkellmet dwar il-ħsieb tagħha li toqtol lil uliedha fl-istess jum tat-traġedja.