“It’s like he was treating me as his own property. I realised that it was not out of love. It was painful, but fortunately, I realized it is abuse.”
Dan kien kliem omm li għaddiet minn esperjenza t’abbuż – fiżiku u emozzjonali, saħansitra waqt li kienet tqila, u li llum il-ġurnata, sabet refuġju f’xelter tal-vjolenza domestika, immexxi mill-Aġenżija Appoġġ.
Waqt l-intervista, il-persuna, li l-identità tagħha se tinżamm mistura għal skopijiet ta’ sigurtà tkellmet dwar kif hawn Malta, hija sabet ħafna għajnuna – anke jekk hija barranija.
Tkellmet dwar kif l-aggressur tagħha, ma ħallihiex tibqa’ tkellem ma’ familtha u sħabha, filwaqt li ma kellu ebda sens t’empatija.
Ma kienx iħallilha flus fil-pussess tagħha, minkejja li hija kienet taħdem.
Kien jikkonvinċiha wkoll, li ħadd ma kien se jemminha, hekk kif fil-pubbliku, kien jidher bħala ġentlom, u għalhekk kienet tħossha ħażin, li ma tagħtihx it-tieni ċans.
Qalet, “Even though I’m not Maltese I found very good help from people and I’m so grateful for that. I went to the Police and Appoġġ, from Appoġġ I found endless help from social workers. Totally, they see these cases everyday so they understand me better.”
Hija, qasmet magħna l-fatt, li minkejja li taf li se tbati biex trabbi lil uliedha waħidha, hija telqet għax riedet tgħallimhom valuri tajba.
Irrakontat, kif huwa kien ried jieħu lil uliedhom ‘il bogħod minna, f’pajjiżhom.
Stqarret, “As a single mother I will suffer for sure, but I want my children to have very good human values for my children. I took responsibility myself to bring my children in a good position.”
Żiedet tispjega kif f’dan ix-xelter, hi flimkien ma’ uliedha, kellha Milied feliċi, hekk kif f’dan ix-xelter, sabet familja oħra. Mingħajr ebda titubar – hekk kif jgħixu daqslikieku familja.
Irrakkontat, “I enjoyed a very very Happy Christmas, in this year because my children were so happy because they already have a family here. We do not have a social barrier – superior and inferior, it is like a family.”
L-impenn ta’ dawn il-ħaddiema, ra fost l-oħrajn diversi avvenimenti għal dan il-Milied – fosthom l-ikla ta’ nhar il-Milied u festin bl-animaturi, għat-tfal.
Tkellimna ma’ Yvonne Fiorini Lowell, li hija s-Service Area Leader f’dan ix-shelter li spjegat kif, hekk kif il-Milied huwa żmien ta’ ġabra, iżda wkoll huwa żmien diffiċli għal dawn in-nies, u b’hekk irid isir sforz sabiex dawn in-nies ikollhom Milied hieni.
Temmet tgħid, “Tidħol f’xelter fi żmien il-Milied mhuwiex faċli. Il-Milied jiffoka fuq il-ġabra, u dawn in-nies ovvjament, li kellhom jitilqu mid-dar tagħhom mhux għax riedu, mhux għax huwa tort tagħhom, u hawnhekk isibu dik l-istabilità, komunità u bħala impjegati ngħinuhom isibu l-paċi tal-Milied.”