Omm Awstraljana qed tkun akkużata li qatlet tnejn minn uliedha u li ttorturat lit-tieled waħda, dan f’każ li qed ikun allegat li l-abbuż ilu għaddej għal ħames snin. Maree Crabtree, ta’ 51 sena, kienet arrestata l-Erbgħa li għadda fi Queensland. Il-Pulizija qed jallegaw li qatlet lit-tifla tagħha ta’ 18-il sena fl-2012, u lit-tifel tagħha ta’ 26 sena s-sena li għaddiet.
L-awtoritajiet qed jallegaw li Crabtree x’aktarx qatlithom biex tieħu xi flus taparsi mitulha. L-avukat tagħha Emily Lewsey, qalet li se tkun qed tiddefendiha sal-aħħar.
Il-Pulizija qalu li t-tifla l-oħra li għandha 25 sena kienet ittorturata tant li sofriet ħafna għal perjodu twil.