Il-Pulizija f’Tokyo arrestat mara ta’ 49 sena minħabba suspett li ħalliet tarbija mejta f’locker għal diversi snin.Emiri Suzaki ammettiet dan mal-Pulizija, fejn spjegat li ħbiet il-katavru tat-tarbija f’locker wara li dan twieled mejjet 5 snin ilu.
Wara investigazzjoni, il-Pulizja sabu l-katavru tat-tarbija f’basket tal-plastik f’stazzjon tal-ferrovija f’Tokyo.
L-omm qalet li nħakment minn paniku hekk kif welldet tarbija mejta, u baqgħet tħallas il-miżata tal-locker dawn is-snin kollha.
Hija se tinżamm arrestata mill-Pulizija.