Oliver Magro nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, hekk kif intqal li spiċċa t-terminu ta’ Martin Saliba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Magro għandu 18-il sena esperjenza f’diversi oqsma fi ħdan l-Awtorita tal-Ippjanar.
Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi rringrazzja lil Martin Saliba għall-ħidma tiegħu u awgura lil Magro għal din il-ħatra ġdida.