L-Argument jista’ jiżvela li wara laqgħa li saret bejn l-għola diriġenti ta’ Floriana FC u l-kowċ Luis Oliveira, ż-żewġ partijiet waslu fi ftehim biex jinħallu minn kull rabta li kien hemm bejniethom.
Dan biss ftit tal-ġimgħat wara li l-istess Oliveira rritorna mal-greens għat-tieni esperjenza tiegħu.
Oliveira ħa post Nicolas Chiesa li beda dan l-istaġun bħala l-kowċ ta’ Floriana.
Nifhmu li fis-sigħat li ġejjin Floriana ser jibdew jaħdmu sabiex ifittxu kowċ ġdid sabiex imexxi lit-tim tal-anqas għal kumplament tal-istaġun.