Hekk kif bħalissa għaddejjin ġmielhom il-kompetizzjonijiet tal-Olimpjadi li qed isiru f’Rio, il-Brażil, l-atleta Maltija Charlotte Wingfield kisbet l-ewwel post fit-tielet heat tal-100 metru biex issa se tkun qed tikkwalfika għall-ewwel round. Hija lestiet il-ġirja f’temp ta’ 11.86 sekonda.